User Rating: 5 / 5

Star ActiveStar ActiveStar ActiveStar ActiveStar Active
 

 

 

L-isem xjentifiku tiegħu – coelebs, ġejja mill-kelma Latina li tfisser ‘għażeb’.Carl Linneus li kien l-ewwel zooloġista li ddeskriva din l-ispeċi fl-1758,

kien osserva li fix-xitwa, f’pajjiżu l-Isvezja, kienu l-isponsuni nisa l-aktar li jpassu lejn l-Ewropa t’isfel u għalhekk l-irġiel li kien jibqa’, jisfaw waħedhom. B’hekk kien tahom dan l-isem. Din l-osservazzjoni taf tispjega l-fatt li hawn Malta l-passes tal-isponsuni jkunu magħmula fil-parti l-kbira minn nisa u l-irġiel jkunu biss waħdiet.

Għalkemm dan l-għasfur huwa magħruf sew magħna bħala wieħed tal-passa pjuttost komuni, dan għadu mhux daqshekk popolari biex jitnissel fil-magħluq. Dan jista’ jkun għaliex id-dieta tiegħu waqt it-trobbija tal-frieħ tkun tikkonsisti kważi kompletament minn insetti.

 

imagesR01DUBND.jpgimagesHX9DUCH3.jpg

(Tipi ta' insetti li jintema lil l-sponsun)

 

Dan flimkien mal-isponsun l-ikħal (Fringilla teydea) u l-isponsun selvaġġ (Fringilla montifringilla) jifformaw it-tliet speċi li jaqgħu taħt il-ġeneru Fringilla. Dan il-ġeneru ta' għasafar m'għandhomx ħawsla u jrabbu l-frieħ tagħhom b'insetti u dud.

 

  

(Fringilla Teydea)                                                                    (Fringilla montifringilla)

 

Klassifikazzjion;

 
   

Renju:

Animalia

Fylum:           

Chordata

Klassi:

Aves (Għasafar)

Ordni:

Passeriformes

Familja:

Fringillidae

Subfamilja:

Fringillinae

Generu:

Fringilla

Speci:

F. coelebs

Din l-ispeċi tinsab mifruxa u tbejjet mal-Ewropa kollha sal-Asja u s-Siberja u l-Majjistral tal-Afrika. Fuq ħafna mit-territorju l-iponsun huwa residenti s-sena kollha, filwaqt li dawk li jinsabu l-aktar fil-grigal tal-Eurasia jpassu lejn in-naħa t’isfel fix-xitwa. Ġie introdott fi New Zealand u fl-Afrika t’Isfel.

 

 

 

 

 

 

 

 

Id-differenza bejn is-sessi hija evidenti, filwaqt li d-differenza bejn is-subspeċi tidher l-aktar fl-irġiel filwaqt li n-nisa ftit li xejn jintgħarfu minn xulxin.Fir-ritratt ta’ fuq naraw ir-raǵel (sponsun) fejn il-kuluri aktar jispikkaw bl-ikhal qawwi u l-kannela ħamrani b'daqxejn abjad L-mara (sponsuna)nieqsa mil-kulur,aktar ibbażata fuq' l-kulur kannela fl-ahdar u ftit abjad.

 

 

 

                                                                                                                                                                     

 

 

Din tinqasam f’madwar 17 il-subspeċi. Uħud minn dawn is-subspeċi huma qrib ħafna ta’ xulxin u diffiċli biex wieħed jifridhom, għalhekk wieħed isib nuqqas ta’ qbil bejn ix-xjenzati fuq jekk humiex kollha subspeċi differenti jew jekk xi wħud minnhom humiex sempliċiment varjazzjoni ġeografika. Mill-banda l-oħra xi speċi li jaqgħu fil-grupp canariensis u spodiogenys huma differenti ħafna tant li hemm min isostni li għandhom jinfirdu fi speċi kompletament differenti.

 

 

Dawn is-subspeċi jinġabru fi tliet gruppi distinti;

  • Coelobs fl-Ewrasja
  • Spodiogenys fl-Afrika ta’ Fuq
  • Canariensis fil gzejjer Kanaria u l-Azores

 

 

MAPPA TA’ DISTRIBUZZJONI

Aħdar -

jinsab is-sena kollha u jbejjet - residenti

Isfar -  

ibejjet biss - ipassi

Blu -      

jinsab fix-xitwa biss - ipassi

Rosa -  

grupp canariensis - residenti

Kannella -

Aħdar żebbuġa -

grupp spodiogenys - residenti

introdott

  

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Grupp coelebs;

   

F. c. coelebs(Linnaeus, 1758)

Sponsun

 

Eurasia,   mill-Punent tal-Ewropa sal-Asja Minuri u s-Siberja.

   

Din hi ir-razza   nominali, jiġifieri dik li ġiet deskritta oriġinarjament.

F. c. alexandrovi (Zarudny, 1916)

 

Tramuntana   tal-Iran

* F. c. caucasica (Serebrovski, 1925)

 

Balkani,   Tramuntana tal-Grecja sat-Tramuntana tat-Turkija, Ċentru u l-Lvant   tal-Kawkasu u l-Majjistral tal-Iran.

* F. c. balearica (von Jordans, 1923)

 

Peninsula Iberika   u l-Gżejjer Baleariċi.

F. c. gengleri(O.   Kleinschmidt, 1909)

 

Gżejjer   Brittaniċi.

Sponsun   tal-Ingilterra.

 

L-irġiel huma   kemmxejn iktar skuri minn dawk tar-razza nominali.

F. c. sarda (Rapine, 1925)

 

Sardinja

* F. c. schiebeli                     (Erwin Stresemann, 1925)

 

Nofsinnhar   tal-Grecja, Kreta u l-Punent tat-Turkija.

F. c. solomkoi               (Menzbier & Sushkin, 1913)

 

Peninsula   tal-Krimea u Lbiċ tal-Kawkasu.

F. c. syriaca       (J.   M. Harrisson, 1945)

 

Ċipru, Xlokk   tat-Turkija sat-Tramuntana tal-Iran u   l-Ġordan.

F. c. transcaspia              (Zarudny, 1916)

 

Grigal tal-Iran u   Lbiċ tat-Turkmenistan

* F. c. tyrrhenica (Schiebel, 1910)

 

Korsika

     

Grupp spondiogenys;

   

F. c. africana            (J.   Levaillant, 1850)

Sponsun   tal-Afrika.

 

Marokk   sal-Majjistral ta’ Tuneż. Grigal tal-Libja.

Raġel: l-ikħal-griż   ta' fuq ir-ras u l-kozz tal-għonq jinfirex għal fuq il-wiċċ u l-għonq. Dahar   ħadrani u mill-gerżuma sas-sider roża.

     

F. c. spodiogenys     (Bonaparte,   1841)

 

Lvant ta’ Tuneż u   l-Majjistral tal-Libja.

Sponsun ta' Tunez   jew ta' rasu blu.

 

Ir-raġel jixbaħ   lill-isponsun tal-Afrika pero aktar ċar.

     

Grupp canariensis;

   

F. c. canariensis (Vieillot, 1817)

(syn. F. c.   tintillon)

 

Gzejjer Kanarja Ċentrali (La Gomera, Tenerife u Gran Kanaria)

Raġel: Mill-iskutella tar-ras sad-dahar kulur ikħal skur. Ingroppa ħadra.

     

F. c. maderensis (Sharpe, 1888)

 

Madeira

F. c. moreletti (Pucheran, 1859)

 

Azores

F. c. ombriosa (Hartert, 1913)

 

El Hierro,   Gzejjer Kanarja

F. c. palmae (Tristram, 1889)

 

La Palma, Gzejjer   Kanarja

 

 

F. c. gengleri(O.   Kleinschmidt, 1909)

 

Gżejjer   Brittaniċi.

Sponsun   tal-Ingilterra.

 

L-irġiel huma   kemmxejn iktar skuri minn dawk tar-razza nominali.

F. c. sarda (Rapine, 1925)

 

Sardinja

* F. c. schiebeli                     (Erwin Stresemann, 1925)

 

Nofsinnhar   tal-Grecja, Kreta u l-Punent tat-Turkija.

F. c. solomkoi               (Menzbier & Sushkin, 1913)

 

Peninsula   tal-Krimea u Lbiċ tal-Kawkasu.

F. c. syriaca       (J.   M. Harrisson, 1945)

 

Ċipru, Xlokk   tat-Turkija sat-Tramuntana tal-Iran u   l-Ġordan.

F. c. transcaspia              (Zarudny, 1916)

 

Grigal tal-Iran u   Lbiċ tat-Turkmenistan

* F. c. tyrrhenica (Schiebel, 1910)

 

Korsika

     

Grupp spondiogenys;

   

F. c. africana            (J.   Levaillant, 1850)

Sponsun   tal-Afrika.

 

Marokk   sal-Majjistral ta’ Tuneż. Grigal tal-Libja.

Raġel: l-ikħal-griż   ta' fuq ir-ras u l-kozz tal-għonq jinfirex għal fuq il-wiċċ u l-għonq. Dahar   ħadrani u mill-gerżuma sas-sider roża.

     

F. c. spodiogenys     (Bonaparte,   1841)

 

Lvant ta’ Tuneż u   l-Majjistral tal-Libja.

Sponsun ta' Tunez   jew ta' rasu blu.

 

Ir-raġel jixbaħ   lill-isponsun tal-Afrika pero aktar ċar.

     

Grupp canariensis;

   

F. c. canariensis (Vieillot, 1817)

(syn. F. c.   tintillon)

 

Gzejjer Kanarja Ċentrali (La Gomera, Tenerife u Gran Kanaria)

Raġel: Mill-iskutella tar-ras sad-dahar kulur ikħal skur. Ingroppa ħadra.

     

F. c. maderensis (Sharpe, 1888)

 

Madeira

F. c. moreletti (Pucheran, 1859)

 

Azores

F. c. ombriosa (Hartert, 1913)

 

El Hierro,   Gzejjer Kanarja

F. c. palmae (Tristram, 1889)

 

La Palma, Gzejjer   Kanarja

* Dawn is-subspeċi m’hemmx qbil fuqhom jekk effettivament humiex razez differenti jew sempliċiment varjazzjoni.

 

 

(Fringilla coelebs africana )

 

 

(Fringilla coelebs canariensis

 

 

(Fringilla coelebs maderensis)

 

 

Bibliografija;

  • Cramp,S., Simmons,K.E.L., Perrins,C.M.,(eds)1994 Handbook of the birds of Europe, the Middle East and North Africa – the birds of the Western Paleartic, Vol 1-9. Oxford: Oxford University Press

Referenzi;

  • http://en.wikipedia.org
  • http://ibc.lynxeds.com