User Rating: 5 / 5

Star ActiveStar ActiveStar ActiveStar ActiveStar Active
 

Jiġi aċċettat l-istandard tal-verdun il-kbir tal-wirja u jingħata bidu għal proċess tal-inseriment tar-razza.

 

L-għaqda Song Bird Association-Malta bi pjaċir tħabbar lill-qarreja tadin il-gazzetta li fl-aħħar, il-verdun il-kbir tax-shows ġie rikonoxxut mill-C.O.M. bi standard imfassal apposta għalih.  U dan grazzi għall-ħidma bla waqfien li sar minn din l-għaqda tul dawn l-aħħar snin.  Fil-laqgħa ġenerali tal-2013 konna wrejna slide show ferm tajba li kienet tispjega dan l-istandard kif se jkun.  Ħadna r-reazzjoni tal-membri tagħna u komplejna baktar riċerki, kemm minn Malta kif ukoll mill-Ingilterra, minn fejn oriġina dan it-tip tagħasfur.  Membri mill-kumitat għamlu sigħat sħaħmal-pittur Andrew Micallef, speċjalista fil-pittura tal-għasafar u tan-natura, biex l-istandard, mill-kitba, jiġi rifless fi stampa bid-daqs u l-għamla eżatt tadan it-tip tagħasfur.  Dan sar kemm bpittura bil-kulur kif ukoll bline drawing biex joħrog it-type tal-istandard.

Il-ħidma tagħna ġiet ippremjata billi l-C.O.M. issa aċċettat dan l-istandardġdid u separat minn dak tal-verdun iż-żgħir jew kif nafuh aħna dak tal-passa.  Dawn issa se jaddottaw l-istandard li ppreżentat l-għaqda tagħna.  Mill-wirja mondjali Jannar 2015 se jibdew il-proċeduri li jdumu  għaddejjin tliet snin sakemm il-verdun il-kbir se jidħol fil-kategoriji tal-għasafar tal-għana fi klassi għalih.

Il-proċeduri jikkonsistu fdawn l-erbapunti;

  • Iridu jittellgħu mill-anqas 12 il-verdun singles u tim taerbgħa fi klassijiet mhux kompetettivi (bla premijiet).
  • Jittellaespert mill-pajjiżapplikant, jiġifieri minn Malta, biex jassisti tim taġudikanti u jwieġeb għal xi mistoqsijiet li dawn jistgħu jagħmlu fuq l-istandard.
  • L-esibiti jiġu ġġudikati fuq dan l-istandard u huwa ferm importanti li l-għasafar li jitilgħu jilħqu r-rekweżiti kollha ta` dan l-istandard.
  • F`każli nfallu minn dawn ir-rekwiżiti, il-C.O.M. tagħti ċans sena oħra biss.

Wara din il-fażi l-verdun il-kbir jiġi uffiċjalment rikonoxxut bħala razza ġdida.  U dan kollu se jkun seħħbis-saħħa tagħna l-Maltin!