User Rating: 5 / 5

Star ActiveStar ActiveStar ActiveStar ActiveStar Active
 

 

 

SONG BIRD ASSOCIATION-MALTA

 

Għażiż Membru,

Il-Wirja Għasafar tal-Għana reġgħet waslet.  Id-dati għal din it-tmien edizzjoni huma bejn is-27 u t-30 ta’ Novembru, 2014.  L-għasafar jidħlu l-Ħamis 27 ta’ Novembru bejn it-3.00 u s-7.00 ta' filgħaxiija, fis-sala tal-wirja ġewwa it-teatru tal-isptar Monte Karmeli, H'Attard. Il-judging isir il-Ġimgħa 28 ta’ Novembru u naturalment is-Sibt u l-Ħadd tkun miftuħa għall-pubbliku. Wara s-suċċess tas-sena l-oħra bit-teamijet tal-vrieden, issa din il-kategorija ġiet estiża għall-għasafar kollha. Dan ifisser li jrid ikollok erba’ għasafar tal-istess klassi li jkunu jixxiebħu ħafna f'tim wieħed. Fuq il-formola hemm kolonna apposta fejn jitniżżel l-ammont ta' timijiet ta' erbgħa li ser iddaħħal. Rebħ hemm mill-ewwel sat-tielet post u ċ-ċans li jintrebaħ il-Best Team.  Nixtieq infakkarkom li min m'hux membru mħallas fil-klabb ikun jista' jipparteċipa fis-sezzjonijiet Open biss.

Bħala judges se jerġa’ ikollna tlieta; żewġ Ingliżi li se jiġġudikaw is-sezzjonijiet tal-vrieden il-ħodor u Taljan li se jiġġaġġja l-kumplament tas-sezzjonijiet l-oħra.  Ma’ din l-ittra għandkom issibu wkoll il-formola biex timlewha u ġġibuha magħkom mimlija dakinhar li ddaħħlu l-għasafar tagħkom. Dan il-klabb joffri l-possibilita li wieħed m'għandux għalfejn jiġi jikteb l-għasafar minn qabel u dan ifisser aktar xogħol dak il-ħin tad-dħul tal-għasafar, għalhekk importanti li kullħadd jiġi bil-formola mimlija  mid-dar. Importanti wkoll li l-għasafar jidħlu f’ġaġġeġ nodfa u min se juża tal-kartun iridu jkunu ġodda u mhux użati.  Jekk naraw xi gaġġeġ li ma jkunux f’kondizzjoni sewwa jew naraw li jista’ jkollhom il-ħurrieq nirriservaw id-dritt li niskwalifikaw l-għasafar.

Il-wirja tagħlaq il-bibien għal pubbliku il-Ħadd 30 ta' Novembru fil-5.00pm. Nitolbu l-koperazzjoni ta’ kullħadd sabiex l-għasafar jibdew jinġabru biss wara l-ħin tal-għeluq u ħadd ma jitlaq mis-sala qabel ma’ jkun żgurat li kullħadd ikun ġabar l-għasafar tiegħu. Dejjem napprezzaw kull għajnuna li tista  tingħata biex inzarmaw.

Fl-aħħarnett nixtieq nirringrazzja lill-isponsors tagħna li ta’ kull sena bl-għajnuna tagħhom jirnexxilna ntellgħu din il-wirja.  Għaldaqstant inħeġġukom sabiex tixtru l-prodotti tagħkom mingħandhom.  Nixtieq nirringrazzja wkoll lilkom il-membri li tieħdu sehem bl-għasafar tagħkom u nawguralkom kull suċċes..

Dejjem Tagħkom

Stephen Grech

Segretarju SBAM