15-il midalja:
suċċess kbir iegħor għal Malta fil-Kampjonat Dinji tal-Għasafar 2018
MALTA reġgħet għal darba ogħra kisbet suċċess kbir bir-rebħ ta’ 15-il midalja fil-Kampjonat tad-Dinja tal-Għasafar li sar f’Cesena, l-Italja f’Jannar li għadda.
Dan il-kampjonat jiġi organizzat mill-Confederation Ornitologique Mondial (COM) li hawn Malta hija rappreżentata mill-Bird Breeders Assoċcation.
Fil-Mondjal għadu sehem esebituri minn 28 pajjiż b’rekord ta’ 32,000 għasfur ta’ kull tip esebit. Dan juri kemm hi diffiċli din il-kompetizzjoni fejn id-dilettanti Maltin iridu jgħabbtuha mal-aqwa breeders li hawn fid-dinja.
Malta għadet sehem b’39 esebitur – bir-rebbiegħa jkunu kollha membri tal-Bird Breeders Association, is-Song Birds Association Malta u l-Malta Cage Birds Association. Dawn bejniethom kellhom 136 għasfur u kif għidna, rebgħu total ta’ 15-il midalja, li disgħa minnhom intrebgħu b’għasafar tal-għana.
Fil-fatt l-għasafar tal-għana, tant għal qalb il-Maltin u l-Għawdxin, komplew jagħmlulna unur għax isem Malta tniżżel fil-lista uffiċali tar-razez differenti rikonoxxuti mill-COM bgħala l-isem li huwa magħruf bih il-verdun il-kbir/major.
Ir-rebbiegħa kollha huma dawn:
L-ewwel post:
• Marco Miċallef (MCBA - 125) Mehringer singles
• Roderiċk Abela (SBAM - 035) Vrieden major singles
• Roderiċk Abela (SBAM - 035) Vrieden major team
• Matt Vassallo (BBA - 035) Sponsuni single
It-tieni post:
• Mark Sċiċluna (MCBA - 529) Fife singles
• Emanuel ċassar (BBA - 395) Gloster singles
• Sandro Cortis (SBAM - 034) Vrieden normali singles
• Steve Aloisio (SBAM - 086) Vrieden major singles
• Steve Aloisio (SBAM - 086) Vrieden major team
• John Mallia (SBAM - 040) Ekri mutation double dilute
It-tielet post:
• Roderiċk Abela (SBAM - 035) Vrieden major single
• William Rutzen (SBAM - 017) Vrieden major team
• Franklyn Xuereb (MCBA - 788) Fife singles
• Keith Camilleri (MCBA - 006) North frill singles
• Rodney Camilleri (MCBA - 869) North frill team