Il-Verdun Ewropew
Il-verdun Europew (Carduelis chloris) żgur li m’għandux bzonn ta’ l-ebda introduzzjoni magħna, u li ħa nsemmi huma id-diversi varjetajiet jew sub-speċi tiegħu li jinsabu fis-selvaġġ. Dan l-għasfur jinsab ibejjet kwazi fl-Ewropa kollha, l-isfel miċ-ċirku arktiku, sal-Mediterran, l-Afrika ta’ Fuq u l-Asja tal-Punent. Qed jinferex lejn it-Tramuntana ġol-Finlandja u l-Iżvezja u qed ikabbar it-territorju tiegħu anke fl-Izrael u l-Eġittu.
C.chloris
Il-verdun ġie ntrodott mill-bniedem fix-xlokk tal-Australja, New Zealand u postijiet lokalizzati ħafna fl-Amerka t’Isfel.
It-territorju vast u mifrux tiegħu f’ambjenti u klimi differenti taw lok li jevolvu diversi varjetajiet ta’ l-istess għasfur. Minn dawn insibu għaxar razez li huma meqjusa bħala differenti u jintgħarfu minn xulxin. Fuq dan is-suġġett hemm lok ta’ ħafna diskussjoni peress li jeżistu varjetajiet intermedji u kultant id-differenzi m’humiex daqsekk evidenti. L-akbar ghasafar jinstabu fit-Tramuntana tal-Ewropa; fl-Iskandinavja u t-Tramuntana tar-Russja, bl-akbar razza nsibuha fic-centru tal-Asja - C.c. turkestanicus. Iktar ma ninzlu lejn in-nofs
L-akbar għasafar jinsabu fit-Tramuntana tal-Ewropa; fl-Iskandinavja u t-Tramuntana tar-Russja, bl-akbar razza nsibuha fiċ-ċentru tal-Asja – C.c. turkestanicus. Iktar ma ninzlu lejn in-Nofs in-Nhar, il-kobor tal-għasfur jonqos, insibu għasafar izgħar fid-daqs.
Il-kulur tal verdun ivarja minn ħadrani fil-kannella u l-griż, għal ħadrani lewn iż-żebbuġa u aħdaar fl-isfar dehbi jew kubriti.
L-akbar vrieden safranin jinsabu l-isfel fl-Ewropa mal-Mediterran, waqt li dawk tat-Tramuntana għandhom kulur ġeneralment iktar skur u kannelli.
L-għaxar tipi tal-verdun Europew huma;
C. chloris ( Linnaeus, 1758) – dan hija r-razza nominali, jiġfieri ir-razza li l-ewwel ġiet deskritta mix-xjenzati; Carl Linnaeus fl-1758. Din tinsab fit-Tramuntana tal-Ewropa mill-Belġju, l-Olanda, il-fuq mill-Alpi sa l-Ungerija, l-Ukrajna u l-Punent tar-Russja. Dan ipassi mill-Grigal lejn in-nofs in-nhar tal-Ewropa. Din ir-razza għandha darha aħdar lewn iż-żebbuġa u l-ġnub jgħatu fil kannella, is-sider ħadrani fl-isfar li jisfuma ma żaqq safra li ssir bajdanija taħt id-denb.
U d-disa’ subspeċi; harrisoni ( Clancey, 1940) – tinsab fl-Ingilterra, in-naħa t’isfel tal-Iskozja, Wales u l-Irlanda. Din ir-razza hi magħrufa magħna bħala tal-Ingilterra u huwa minn din ir-razza li ġew imnisslin ħafna mill-għasafar tal-wirja. Il-verdun tal-Ingilterra hu iktar skur, b’dahru u ġenbejh jagħtu sew fil-kannella.
C.c.harrisoni
Aurantiiventris ( Cabanis, 1851) – insibuha l-aktar fil-pajjizi mal kosta tal Mediterran; fin-nofs in-nhar ta’ Franza, Spanja, Gzejjer Baleariċi, Sqallija u Italja, Kroazja, Albanija, Punent tal-Greċja, Kreta w Ċipru, Tramuntana ta’ Tunis u l-Majjistral tal-Libja. Din ir-razza nafuha bħala tal-Italja. Kif jixhed l-isem dan il-verdun għandu żaqqu safra deheb. Id-dahar huwa wkoll iktar ħadrani.
C.c.aurantiventris
Voousi Roselaar, 1993 – tinsab fiċ-ċentru tal-Marokk, Algeria u Tunis. Magħrufa magħna bħala l-Verdun ta’ Tunis, din ir-razza tispikka għal kulur safrani tagħha.
C.c.voousi
muehlei Parrot, 1905 – tinsab is-Sebja, Maċedonja, Rumanija, nofs in-nhar tal-Moldova u Lvant tal-Greċja.
vanmarli Voous, 1951 – tinsab mal kosta Atlantika fil Majjistral ta’ Spanja, l-Portugal u l-Majjistral tal-Marokk.
madaraszi ( Tschusi, 1911) - din hija l-varjeta li tinsab fuq il-gzejjer ta’ Korsika u Sardinja.
chlorotica ( Bonaparte, 1850) – nofs in-nhar u ċ-ċentru tat-Turkija, Sirja, Lebanon, Izrael, Punent tal-Ġordan u l-Grigal tal-Eġittu
bilkevitchi ( Zarudny, 1911) – min-nofs in-nhar tal-Ukrajna, Grigal tat-Turkija, Tramuntana tal-Iran u l-Lbiċ tat-Turkmenistan. Din ir-razza hija l-aktar griza bħala kulur.
turkestanica ( Zarudny, 1907) – Kazakhstan sal Kyrgyzstan u ċentru tat- Tajikistan. Din hi l-akbar razza ta’ verdun.
Il-verdun tal wirja illum tbiegħed minn qwalunkwe verdun li jinstab fis-selvaġġ. Id-daqs, il-forma, il-qagħda u l-kulur tal verdun illum huma l-frott ta’ trobbija u selezzjoni fil magħluq għal snin twal. Għalhekk filwaqt li aħna kburin u għandna nkomplu naħdmu biex intejbu l-kwalita tal-verdun tax-show li aħna magħrufin għalih aħna l-Maltin, razzez oħra tal verdun għandhom jinzammu u jitrabbew puri skont is-subspeċi tagħhom, jiġifieri min għandu stocks ta’ vrieden tal-Italia jew ta’ Tunis għandu jibza għalihom u ma jħallathomx ma razzez oħrajn. Kien għalhekk li SBAM ħolqot kategorija oħra għal vrieden iz-zgħar, propju biex jitħarsu l-stocks ta’ dawn ir-razzez li jeżistu fil-magħluq.
Il-verdun ta’ rasu sewda (carduelis ?spinoides/?ambigua) u l-verdun tal-Ġappun (carduelis sinica) huma żewġ speċi differenti mill-verdun Europew (carduelis chloris), għalkemm jaqgħu taħt l-istess generu (carduelis) u l-bgħula ta’ bejniethom joħorġu fertili.
Bibliografija;
Paul Isenmann, Thierry Gaultier, Ali El Hili, Hichem Azafzaf, Habib Dlensi & Michael Smart. 2005. Oiseaux de Tunisie / Birds of Tunisia. Paris: Société d'Etudes Ornithologiques de France (SEOF)
Cramp,S., Simmons,K.E.L., Perrins,C.M.,(eds)1994 Handbook of the birds of Europe, the Middle East and North Africa – the birds of the Western Paleartic, Vol 1-9. Oxford: Oxford University Press
Fenech, N, 2010 A complete guide to the birds of Malta: Midsea Books
Handbook of the Birds of the World (http://www.lynxeds.com), The Internet Bird Collection
