Star InactiveStar InactiveStar InactiveStar InactiveStar Inactive
 

L-insetti tal-Friza

Huwa maghruf sew mad-dilettanti Maltin illi certu speci ta’ ghasafar bhall-isponsun u taz-zebbug ma jistghux jitnisslu fil-maghluq jekk ma jigux offruti kwantita’ ta’ insetti bhala imzaqq ghal waqt iz-zmien tal-bejta.

U hafna minna jafu kemm tilfu frieh minn dawn l-ispeci ftit wara t-tifqis minhabba li ma offrejniex l-imzaqq mehtieg.  U ma dawn hemm hafna speci ohra li bosta dilettanti xtaqu jrabbu u jnisslu imma kellhom jibqghu lura ghax il-materja prima ghat-trobbija ta’ dawn l-ghasafar ma tezistix.

 

     Xi snin ilu dehru l-ewwel ‘mealworms’ f’Malta u kienu bosta id-dilettanti li holqu ‘cultures’ ta’ dawn id-dwied u bdew jipproducu ammonti li setghu jintuzaw biex inisslu certi speci ta’ ghasafar b’success.  Madankollu dan ma kienx bizzejjed biex isostni id-delizzju minhabba l-fatt li il-‘mealworm’ mhuwiex insett daqshekk addattat biex ittella bejta ta’ ghasafar insettivori fuqu biss minhabba li huwa kemmxejn indigest minhabba l-qoxra iebsa tieghu, specjalment fl-ewwel granet wara t-tifqis.  Fix-xahar ta’ Gunju meta l-istagun tat-tnissil ikun fl-aqwa tieghu il-‘mealworm’ ghandu t-tendenza li jsir fosdqa minhabba s-shana tremenda u ma jibqax addattat biex jintuza ghall-imzaqq.  Fl-ahharnett xi dilettanti izommu dawn id-dwied f’kundizzjonijiet pessmi u dan iwassal ghal telf ta’ ghasafar pregjati minhabba infezzjonijiet fl-imsaren wara li jkunu kielu dud infettat.

     F’dawn l-ahhar snin bdew jigu impurtati l-inset

ti iffrizati biex jintuzaw bhala ghalf ghall-ghasafar tal-gagga.  Ditta rinomati barranija tipproduci insetti addattati ghal dan l-iskop, tippakkjahom u tesportahom mal-Ewropa kollha.  Jigu imrobbija f’ambjenti idejali u ndaf u jigu mitmugha sew kif suppost biex il-valur nutrittiv tal-prodott finali jkun kif ghandu jkun.  Il-process ta’ l-iffrizar jaccerta illi l-insett jibqa intatt bhal konsistenza u valur protejku sakemm jigi offrut lill-ghasfur.

     Il-vantaggi ta’ meta wiehed juza din is-sistema ta’ ghalf huma numeruzi:

*ghasafar mizmuma f’kundizzjoni generali brillanti

*tibdil tar-rix rapidu, komplut u b’rix kompatt, b’sahhtu u jleqq

*rezistenza kontra mard infettiv

*idejali biex l-ghasafar irabbu n-namra ghall-istagun tat-tnissil

*ammont ta’ bajd iktar numeruzi fil-bejtiet u iktar bajd ingallat

*awment sostanzjali fl-ammont ta’ frieh imnissla b’inqas telf ta’ frieh fil-bejta

*tmigh tal-kulur ahmar waqt it-tibdil tar-rix billi izzid il-kulur ma l-insetti li toffri.

    Jien noffri insetti tal-friza darba fil-gimgha matul ix-xitwa imhallta ma ‘soft food’ xott bi trab tal-kalcju mizjud ghax l-insetti ghandhom ammont sostanzjali ta’ proteini imma neqsin sew mill-kalcju.  Meta jibda joqrob l-istagun tat-tnissil noffri l-insetti darbtejn fil-gimgha sakemm l-ghasfura tbid l-ewwel bajda.   Hawnhekk important li ma noffrux iktar insetti ghax ir-ragel jeqred il-bejta biex jerga jberrek.  Dak in-nhar li jfaqqas l-ewwel ferh nibda noffri l-insetti darbtejn kuljum u anki tlett darbiet f’bejtiet numeruzi.  Nibqa noffri l-insetti kuljum sakemm jitlesta it-tidbil tar-rix ghalkemm innaqqsilhom mill-kwantita’ wara li nifred il-frieh minn ma l-omm.  Lejn l-ahhar t’Ottubru nerga lura ghas-sistema tax-xitwa, jigifieri noffrihom darba fil-gimgha biss.

      Wiehed irid iqis certu punti qabel ma jaddotta din is-sistema ta’ ghalf:

*l-insetti jiswew iktar flus mill-ghalf tradizzjonali li ahna imdorrijin bih , allura wiehed irid jaghmel il-kalkoli tieghu sew qabel ma jithajjar izomm certu ghasafar li l-insetti huma essenzjali fit-trobbija taghhom

*trid tiddedika parti mill-‘freezer’ ghal dan it-tip ta’ ghalf

*waqt shana qawwija trid tnehhi l-insetti li jibqghu mhux mikula u wara certu hin toffri l-frisk.  Huwa perikoluz hafna li thalli dan l-ghalf frisk mhux ikkunsmat ghax malajr jitrangat fl-istaguni shan u zgur li jkollok rizultati dizastruzi.

         L-insetti tal-friza holqu rivoluzzjoni fid-dinja tat-trobbija ta’ l-ghasafar tal-gagga tant li prattikament illum nistghu inrabbu u nnisslu kull speci ta’ ghasfur insettivoru u ghasafar ta’ l-ghana li huma meqjusa bhala esigenti hafna.

 

Dr. Konrad Zammit