Imsejjes fuq l-istandard Brittaniku maħruġ mill-'British Bird Coucil'.
DAQS:
L-akbar possibli. Mill-anqas 16.5 cm.
GĦAMLA:
Munqar;
Qasir, koniku u robust li jżewwaq ir-ras.
Ras;
Wiesgħa w tonda, b’moħħ għoli jsserraħ fuq għonq mimli.
Ġisem;
Qasir, ittondjat u matnazz.
Mill profil trid tidher kurva waħda li tibda minn taħt il-gerzuma, tgħaddi għas-sider u tasal san-naħa t’isfel taż-żaqq. Fuq, għandu jkun kemxejn imqammar mill- kozz tal-għonq san-naħa t’isfel tad-dahar.
Wieqaf fuq il-passiġġiera b’angulatura ta’ madwar 45 grad.
Koxox;
Ma jidhrux.
Ġwienaħ;
Miżmuma sew mal-ġisem li jaslu sa fuq id-denb. Ma jridux ikunu msallbin jew imdendlin.
Denb;
Id-denb irid jidher qasir, ikun magħluq u mifruq lejn it-tarf.
KULUR & DISINN:
RĠIEL:
Munqar;
Kulur il-ġilda ċara.
Għajnejn;
Kannella skuri.
Ras;
Moħħ aħdar, riedni skuri. Ħuġbejn ħadranin aktar ċari.
Skutella u wara tar-ras aħdar kannella.
Mustaċċi aktar skuri. L-għata tal-widnejn griżi.
Dahar;
Aħdar fil-kannella bi strixxi kannella aktar skuri.
L-ngroppa:
Ħadrani li ma’ jikkuntrastax bil qawwi mad-dahar. L-għata ta’ fuq tad-denb aħdar kulur iż-żebbuġa li jaqleb għal ġriż fil-kannella lejn it-tarf.
In-naħa ta’ taħt;
Is-sider u l-gerżuma jridu jkunu aħdar ħaxix jixgħel u safi kemm jista’ jkun li jaqleb iktar safrani isfel lejn iż-żaqq, bl--abjad ta’ taħt id-denb minimizzat l-aktar possibli.
L-għata ta’ taħt tad-denb sofor li jsiru ħodor kulur iż-żebbuġa lejn it-tarf.
Ġnub;
Aħdar kannelli.
Ġwienaħ;
· Spalel – Kannella fl-aħdar li jitwaħħad mad-dahar.
· Pinen primi – Dawn għandhom ikollhom faxex sofor li jgħaqdu f’waħda usa’ fuq ix-xifer t’isfel tal-ġwejnaħ magħluq
· Pinen sekondi – Suwed bix-xfar griżi li jsir usa’ u jsir aktar kannella fuq dawk terzjali.
· Għata tal-ġwienaħ zgħar - Ħodor
· Għata tal-ġwienaħ mediani – Ħodor żebbuġa.
· Għata tal-ġwienaħ kbar – Kannella fil-griż.
· Għata tal-ġwienaħ primi – Suwed bix-xifer aħdar.
· Alula – Isfar jgħajjat.
Denb;
Iswed fit-truf u isfar jgħajjat lejn il-bażi, u bordura griża.
Ir-rix ċentali tad-denb ikunu suwed bil bordura ħadranija.
Saqajn u swaba; Kulur il-ġilda.
Dwiefer; Kulur il-ġilda skura.
NISA:
L-istess għamla tar-raġel.
Il-kulur tal-mara għandu jkun kannella u kulur aħdar żebbuġa. L-isfar fil-ġewnaħ u d-denb ma jkunx wiesgħa u jgħajjat daqs fl-irġiel.
Munqar; Bħal tar-raġel.
Għajnejn; Bħal tar-raġel.
Ras;
Moħħ kannella fl-aħdar.
Ħuġbejn iktar ċari.
Skutella u wara tar-ras kannella b’daqqiet aktar skuri.
Mustaċċi aktar skuri mill-kumplament tal wiċċ. Għata tal-widnejn griżi.
Dahar;
Kannella b’daqqiet aktar skuri, li jifformaw rigi bi dritt xulxin li jidjiequ lejn ir-ras u jispiċċaw in-naħa t’isfel tad-dahar.
Ngroppa;
Ħadra. Għata tad-denb ta’ fuq aħdar żebbuġa li jaqleb għal kannella lejn it-tarf.
Taħt;
Gerżuma kannella griża fl-aħdar.
Sider kannella ċar fl-aħdar b’daqqiet aktar skuri.
Id-daqqiet ta’ fuq is-sider huma usa’ u inqas jgħatu fl-għajn.
Iż-żaqq aħdar ċar li jibjad aktar l-isfel.
L-għata ta’ taħt tad-denb ikunu griżi fil kannella ċar.
Ġnub; Kannella.
Ġwienaħ;
· Spalel - Kannella
· Pinen primi - Suwed fil kannella bix-xfar sofor. L-isfar dejjaq u ċar aktar minn tar-raġel.
· Pinen sekondi – Suwed fil kannella bix-xfar griżi fil kannella.
· Għata tal-ġwienaħ zgħar – Aħdar żebbuġa.
· Għata tal-ġwienaħ median – Aħdar żebbuġa jgħati fil kannella.
· Għata tal-ġwienaħ kbar – Kannella fil-griz.
· Għata tal-ġwienaħ primi – Suwed bix-xifer aħdar.
· Alula –Sewda fil kannella bix-xifer ta’ barra isfar.
Denb;
Rix iswed bix-xifer ta’ barra isfar. Rix tan-nofs iswed fil-kannella.
Saqajn u swaba; Kulur il-ġilda.
Dwiefer; Kulur il-ġilda skura.
Nota dwar id-Daqs:
Għalkemm għasafar kbar huma ppreferuti, id-daqs m’għandux itellef fil-kulur jew fl-għamla.
L-istandard jesiġi li l-verdun ikun l-akbar possibli, dan imma jista’ jwassal sabiex jinħolqu numru ta’ mankamenti bħal rix difettuż, fertilita baxxa, għasafar batuti u mmunita dgħajfa. Min irabbi, m’għandux inissel minn għasafar bħal dawn, u jara li ma jkattarx dawn id-difetti.
Nota dwar l-Għamla:
Ir-ras m’għandiex tidher forma ta ‘lenbut’ jew ‘kaxxa’. Il-moħħ għoli li jibda minn mal bażi tal munqar ta' fuq. L-iskutella trid tkun wiesgħa minn quddiem għal wara.
Il-ġisem irid ikollu dehra kompatta u mibruma, ttundjata u robusta.
Difetti f’Għamla:
Ras dejqa. Għajnejn mhux f’posthom. Munqar kbir ħafna jew zgħir iżżejjed.
Wieħed mill-akbar difetti f’ħafna vrieden hija linja dritta mill quċċata tar-ras sat-tarf tad-denb, magħrufa bħala ‘dahar twil’ jew ‘rampa’. L-ebda għasfur b’dahru dritt ma jista’ qatt ikollu il-forma tonda mixtieqa. Għar minn hekk hu meta d-dahar ikun imqammar l-isfel.
Għasafar sfigurati jew f’għamla ta’ lanġasa.
Ħxuna zejda fuq is-sider u ż-żaqq, li tkerraħ.
L-għasfur m’għandux ‘ipoġġi’ jew joqgħod ‘qroqqa’ fuq il-passiġġiera.
Gwienaħ miżmuma ħazin. Denb twil.
Dwiefer miksura jew nieqsa.
Nota dwar il-Kulur u d-Disinn fir-Raġel:
Għalkemm kulur kannella fuq ir-ras, dahar u l-ġnub m’għandhomx jitqiesu bħala difetti, għasafar iktar ħodor huma meqjusa superjuri.
L-għata ta’ taħt tad-denb isfar huwa aħjar.
Id-disinn ta’ fuq id-dahar jaqla’ iktar lill-għasfur.
Għasafar buff juru inqas kulur minn dawk intensivi, u huwa diffiċli sabiex verdun buff jgħeleb lil wieħed intensiv, pero buffs b’kulur tajjeb kulltant jirbħu wkoll għaliex dawn ħafna drabi jkunu akbar u ta’ għamla aħjar minn dawk sofor.
Difetti fl-Irġiel:
Kulur maħmuġ jew imdaħħan, fejn l-għasfur ikun jidher skur.
Sider u zaqq li jkunu mniġġsa bil kannella.
Isfar mitfi.
L-isfar fid denb li jkun qasir jew l-iswed tat-tat-tarf ikun wiesgħa żżejjed.
Nota dwar il-Kulur u d-Disinn fin-Nisa:
L-abjad madwar l-rqiq tal-għasfur huwa iktar mifrux fin-nisa u dan ħafna drabi jinfirex sa fuq iz-zaqq.
Nisa intensivi ġeneralment juru ħafna kulur fuq is-sider, u jekk dawn ikollhom daqs u għamla tajba ikunu rebbieħa.
Għalkemm nisa buff ta’ kwalita tajba l-biċċa l-kbira jirbħu fuq nisa sofor, dawn imbagħad ħafna drabi jingħelbu minn raġel intensiv għall-aqwa verdun.
Difetti fin-nisa:
Għasafar bajdanin iżżejjed.
Noti Ġenerali:
L-għasfur għandu jkun kalm u juri ruħu kburi u kunfidenti meta jkun għal wiri. Dan ma għandu jiddejjaq xejn minn nies li jħarsu lejħ.
Fejn l-intensiv u l-buff ikunu tal-istess kwalita, l-intensiv għandu jirbaħ
Pero fejn il-buff li jkollu kulur tajjeb ikun ta’ għamla isbaħ allura dan għandu jingħata l-preċedenza.
Difetti ġenerali:
Għasfur nervuż u li ma’ jkunx imħarreġ sew għall-wirja.
Preżentazzjoni fqira.
- Prev
- Next >>