Print
Category: Annual Shows
Hits: 4634

User Rating: 5 / 5

Star ActiveStar ActiveStar ActiveStar ActiveStar Active
 

IS-SEBA' EDIZZJONI TAL-WIRJA GĦASAFAR TAL-GĦANA - RIZULTATI

 

 

Bronze Bests Cage no Winner Name Locality
Best greenfinch adult 221 Aloisio Steve Balzan
Best greenfinch unflighted 345 Abela Roderick Mosta
Best greenfinch cock 221 Aloisio Steve Balzan
Best greenfinch hen 345 Abela Roderick Mosta
Best greenfinch novice 508 Vella Joseph Dingli
Best greenfinch semi-cha 58 Psaila Jason Qormi
Best greenfinch champion 345 Abela Roderick Mosta
Best greenfinch mutation 124 Mallia John Balzan

 

 

Silver Bests Cage no Winner Name Locality
Best greenfinch 345

A.Roderick

 

Mosta
Best chaffinch 486 Powell Arnold Dingli
Best goldfinch 496 Powell Arnold Dingli
Best European siskin 146 Mallia John Balzan
Best hawfinch 113 Buttigieg Joseph Nadur, Gozo
Best hybrid 318 Abela Roderick Mosta
Best mule 81 Debono Antoine Naxxar
Best greenfinch team Abela Roderick Mosta

 

 

Gold Bests Cage no Winner Name Locality
Best unflighted 345 Abela Roderick Mosta
Best flighted 26 Grech Stephen Mosta
Best mutation 26 Grech Stephen Mosta
Best foreign finch 521 Redbird Aviaries Attard
Best open 473 Muscat Mark Gharghur
Best mule or hybrid 318 Abela Roderick Mosta
Best European finch 345 Abela Roderick Mosta

 

Platinum Bests Cage no Winner Name Locality
BEST in SHOW 345 Abela Roderick Mosta
BEST other breed in SHOW 26 Grech Stephen Mosta

 

 

 

 

 

 


 

 

Reġgħet magħna l-Wirja Għasafar tal-Għana, li din is-sena se ssir bejn it-21 u l-24 ta’ Novembru, 2013. Rigward il-wirja nista’ ngħidilkom mill-ewwel li għandna kukkardi totalment ġodda li huma sbieħ ħafna kif ukoll il-premijiet li se jingħataw fil-presentation dinner li se jsir f’Diċembru li wkoll huma differenti mis-snin ta’ qabel. Bħala judges se jerġa’ ikollna tlieta bħas-sena l-oħra; żewġ Ingliżi li se jiġġaġġjaw is-sezzjonijiet tal-vrieden il-ħodor u Belġjan li se jiġġaġġja l-kumplament tas-sezzjonijiet l-oħra. Għal din is-sena ħsibna li nintroduċu wkoll is-sezzjoni tat-timijiet bħalma jkun hemm fil-wirjiet internazzjonali. Din is-sezzjoni tikkonsisti fil-membru li jdaħħal erba’ suġġetti li jkunu jixxiebħu ħafna bħala tim wieħed u r-rebbieħ għandu ċ-ċans li jirbaħ mill-ewwel sat-tielet post u ċ-ċans li jirbaħ ukoll il-Best Team.

Ma’ din l-ittra għandkom issibu wkoll il-formola biex timlewha u ġġibuha magħkom mimlija dakinhar li jiddaħħlu l-għasafar li se jaħbat il-Ħamis 21 ta' Novembru bejn it-3.00 u s-7.00 ta' filgħaxiija. M’għandkomx diffikultajiet biex timlewha u importanti li tagħmlu hekk ħalli tinqdew mill-ewwel x’ħin tiġu bl-għasafar. Nixtieq infakkarkom li min m'hux membru mħallas fil-klabb ikun jista' jipparteċipa biss fis-sezzjonijiet “Open”. Għalhekk min ikun jixtieq li jieħu sehem fil kategoriji kollha, b’ċans ta’ rebħ akbar u ta’ premijiet aktar prestiġjuzi nħeġġuh li jġedded is-sħubija għas-sena 2013 dak in-nhar tad-dħul tal-għasafar.

Il-wirja tagħlaq il-bibien għal pubbliku il-Ħadd 24 ta' Novembru fil-5.00pm. Nixtiequ nitolbu il-koperazzjoni ta’ kullħadd sabiex l-għasafar jinġabru bil kwiet wara l-ħin tal-għeluq u li ħadd ma jitlaq mis-sala qabel ma’ jkun żgurat li kullħadd ikun ġabar l-għasafar tiegħu. Fl-aħħar napprezzaw kull għajnuna biex inzarmaw.

Issa ħa ngħaddilkom xi ftit informazzjoni inġenerali fuq il-ħidma tal-kumitat. Għalina din is-sena kienet mimlija daqs bajda u komplejna naħdmu fuq diversi affarijiet li għandhom x’jaqsmu mad-delizzju tagħna. Din is-sena ffokkajna ħafna mill-enerġija tagħna fuq l-istandard tal-verdun tax-show, bil-għan li dan jiġi rikonoxxut internazzjonalment u għalhekk jibda jkun hemm il-kategoriji tiegħu fil-wirjiet internazzjonali, fosthom fil-Mondjal. Saru wkoll tpinġijiet professjonali minn artist lokali dwar il-kulur, forma u l-profil eżatt tal-verdun tax-show. Issa l-pass li jmiss hu li nibagħtu l-materjal kollu lill-entitajiet konċernati biex naraw x’hemm bżonn li jsir aktar.

Flimkien mal-għaqdiet tal-għasafar l-oħra bdejna naħdmu fuq il-formazzjoni tal-Federazzjoni Maltija dwar it-trobbija tal-għasafar. Saru diġa’ diversi laqgħat dwar dan u t-taħdidiet għadhom għaddejjin. Li jkollna federazzjoni tkun ta’ għajnuna għall-klabbs kollha għax jekk inkunu magħqudin ikollna aktar saħħa meta niġu biex inġibu xi affarijiet favur il-wirjiet lokali u internazzjonali. Qegħdin naħdmu wkoll fuq it-twaqqif tal-websajt tagħna; http://www.songbirdassociationmalta.com. Din ġiet mibnija minn professjonist f’dan ix-xogħol u sa żmien il-wirja għandha tiġi llonċjata wkoll. Minn din is-sena se jkollna l-istaging tagħna u dan ġie mogħti lilna mill-MCBA.

Fl-aħħarnett nixtieq nirringrazzja lill-isponsors tagħna għax kif inħobb ngħid, mingħajr l-għajnuna tagħhom ikun impossibbli għalina li ntellgħu din il-wirja. Nirringrazzja wkoll lilkom il-membri għax bil-parteċipazzjoni u bl-għajnuna tagħkom ikollna dak l-ammont sabiħ ta’ għasafar ta’ kwalità li dejjem kellna s’issa. Għaldaqstant nisperaw li din is-sena nerġgħu narawkom tipparteċipaw bi ħġarkom bħalma għamiltu fis-snin l-imgħoddija u min jaf, forsi narawkom ukoll b’razez ġodda li rnexxilkom trabbu matul dan l-istaġun. Mela narawkom dakinhar tad-dħul tal-għasafar u f’isem sħabi tal-kumitat nirringrazzjakom.

Dejjem Tagħkom

Stephen Grech

Segretarju SBAM

 

Results 2013 - annual show 2013 results

 

Greenfinch placings 2013 - placings results