Print
Category: Articles
Hits: 6464

User Rating: 5 / 5

Star ActiveStar ActiveStar ActiveStar ActiveStar Active
 

 

2013-11-24_15.02.57.jpg

 

Id-delizzju tal-għasafar, bħal ħafna delizzji oħra, huwa diversifikat ferm. Delittant tal-għasafar jista sempliċiment irabbi raġel jew tnejn mill-ispeċi favorita tiegħu jew tagħha, biex jitpaxxa jisma l-għana, sa wkoll

għarmat b`diversi speċi differenti u b`diversi kwalitajiet ta` guvi u telqiet differenti, b`diversi skopijiet differenti. Hawn minn jippreferi jispeċjalizza fuq razza waħda, biex l-ispazju li għandu jkun kollu ddedikat biex jtejjeb il- kwalita tal-għasafar tiegħu, fl-iqsar żmien possibli. Hemm ukol is-sezzjoni li lili l-aktar taffaxxinani,s-sezzjoni tal-wirjiet.

Wirjiet Diversifikati

 

Fil-wirjiet issib diversi sezzjonijiet li jvarjaw minn għaqda għall-oħra. L-għaqda tagħna hija specjalizzata fuq id-diversi ghasafar tal-għana minn madwar id-dinja kollha u b’hekk nistgħu niddeversifikaw wisq fil-klassijiet. Tista ssib li għal speċi waħda jkun hemm diversi klassijiet, bħal fil-kas tal-virdun. X`aktarx li l-irġiel ikunu mifrudin minn nisa w l-frieħ (jiġifieri ta` l-ewwel sena, biċ-ċurkett f`saqajn l-għasfur) mifrudin mix-xjuħ (tat-tieni sena jew aktar).Tista wkol issib klassijiet li jifirdu l-għasafar mixtrija mill-għasafar mrobbija mill-esibitur stess. Dawn tal-aħħar jridu jkunu mlibsin ċurkett bin-numru rreġistrat tal-membru mal-għaqda. Dawn iċ-ċrieket issa jistgħu jiġu ordnati b’sistema semplici u komda ferm minn fuq il-website tagħna.

Hawn fejn jidħlu opinjonijiet differenti. Minn jippreferi jdaħħal għal wiri għasafar mrobbija minnu biss u jekk jixtri għasafar, jistenna sakemm jieħu frieħ minnhom. Jien  personalment naqbel mal-klassijiet ‘open’, speċjalment għal min għadu jibda. Dawn l-għasafar ġodda li għadu kemm jixtri jista jieħu opinjoni mingħand ġudikatur espert. Hekk jista jara jekk jibniex ir-razza fuq dan l-‘istock’ ta`għasafar jew aħjar jwarrab dawn u juża għasafar ta` kwalita superjuri. Dan jista jkun wieħed mill-aktar deċizzjonijiet importanti li tista tieħu fil-bidu ta’ dan id-delizju.

Fil-wirjiet għandek tieħu l-opportunita biex tintaqa ma esebituri oħra u forsi anki mal-ġudikatur. Hawn huwa ċans tajjeb fejn tista titħadded u tifhem fejn mort tajjeb u fejn ħażin u għaliex. Biż-żmien trabbi biżżejjed esperjenza biex int stess tagħraf l-‘istandards’ tar-razza u tkun tista tagħżel l-aħjar għasafar għat-tnissil.

L-Għażla tal-Esibiti

 

Il-wirjiet jibdew f`Ottubru sa Jannar u l-Wirja tal-Għasafar tal-Għana tkun fl-ahhar tmiem il-gimgħa ta’ Novembru, iżda trid taħseb ferm qabel Ottubru biex ittellgħa għasafar għal wiri. Kif il-frieħ li tieħu jibdew ifendu għal rashom, ifridhom għalihom biex tkun tista tiflihom sew. Hekk kif jgħaddi ż-żmien u joqrob Ottubru tkun tista tibda tiddeċiedi liema huma dawk l-għasafar l-aktar li jippromettu. Dawn għandek iżżommhom wieħed wieħed waħedhom. Dan biex tevita li wieħed inaqqar ir-rix tal-ieħor jew tevita xi fastidju ieħor. Hemm dak il-wieħed li jagħti fastidju jew ikun ‘bully’ u dan għandu jitwarrab hekk kif jibda juri dawn il-vizzji. F`dan iż-żmien, jiġifieri kif tibda twarrab wieħed wieħed,għandek tifli sew il-pinen u d-denb. Dawk ir-rix miksurin għandek tixbidom u taqlagħhom bil-galbu biex jikbru sewwa u sbieh. Din inportanti, speċjalment għal frieħ, għaliex il-frieħ normalment ma jibdlux il-pinen u d-denb fl-ewwel sena (specjalment dawk il-frieħ tal-imwaħħar). Aħseb minn tal-inqas ħames ġimgħat qabel wirja għax daqshekk idumu biex jikbru lura ir-rix. Hawn għandek tagħti daqqa t`għajn għas-saqajn u tnaddafom u anki għad dwiefer u taqta jekk jkunu twalu żżejjed.

Ħag`oħra mportanti għal wirjiet, iżda mhux biss għal wirjiet, huwa l-ħasil. L-għasafar għandhom jinħaslu spiss, jekk hu possibli kuljum u s-sena kollha, sajf u xitwa, anki waqt li qedin joħorfu. Meta jinħaslu minbarra li jitnadfu, jirranġaw ir-rix kollu f`postu u b`munqarhom imissu glandola fuq denbhom li fiha ż-żejt. Meta jirranġaw ir-rix jkunu qed jifirxu dan iż-żejt mar-rix kollu b`hekk jagħti dik id-dehra ta` rix jleqq u jipproteġi r-rix ukol. Waqt il-ġudikar, dan huwa inportanti ħafna. Għasfur jrid jkollu r-rix kollu f`postu u xejn nieqes, speċjalment il-pinen u d-denb.

It-Taħriġ

It-taħrig tal-għasafar għal wirja inportanti wisq. It-taħrig jikkonsisti l-aktar f`li jiddarra l-għasfur jħossu komdu fil-gaġġa tal-wirja. Tista tibda malli tifred il-frieħ mill-ġenituri tagħhom. Dendel gaġġa tal-wirja ma bieba miftuħa ta` gaġġa kbira u ġol gaġġa tal-wiri poġġi xi ħaga tajba, bħal biċċa ħassa jew ftit qanneb. Wara ftit taż-żmien malajr tarhom jidħlu fiha waħedhom u b`hekk ma jkollokx għalfejn taqbadhom b`idejk biex ittellagħhom għal wirja biex b`hekk tevita xi ksur tar-rix.

Ħaġ`ohra inportanti fit-taħriġ huwa li l-għasafar jidraw kalmi. Hawn forsi ssib ċertu razzez aktar faċli biex tħarrighom milli razzez oħra. Eż;Ekri malajr jidraw b`hekk ftit tiġbor punti għax kalmi, iżda sponsun kalm jiġbed l-għajn tal-ġudikatur u jieħu ħafna punti. Ukol, jekk tnissel minn għasafar ħorox, dawn jistgħu jagħddu dan id-difett lil frieħ tagħhom. Hawn forsi għandek tieħu nkonsiderazzjoni l-ħin tiegħek li tista tofri għat-taħriġ tal-għasafar tiegħek u forsi jekk il-ħin limitat, tagħżel għasafar aktar faċli biex ittellgħa għal wiri.

Wara dawk il-preparazzjonijiet, tkun ħadd it-taħriġ bis-serjeta, l-għasafar jkunu lesti għal wirja, kull ma jkun jonqos li ttellgħa l-għasafar għal wirja. Sewwa tkun ippreparajt, biss l-opinjoni tiegħi hija, l-aħjar taħriġ għal l-għasfur wara l-preparazzjonijiet kollha hija wirja stess. L-għasafar mhux ser ikollhom dik l-oportunita li jaraw dawk il-kwantitajiet ta` nies qaddejjin minn quddiemhom minn ġol kamra tagħhom. Jiena b`hekk nieħu l-opportunita li ntellgħa għasafar fil-wirjiet iż-żahar (‘table shows’), għax dawn huma ferm iqsar u b`hekk l-esebiti ġodda ma jiġux stresjati. Meta tiġi l-wirja l-kbira jkunu diġa ħadu esperjenza tal-ambjent differenti għalihom li ġġib magħha wirja. Fl-aħħar, qaqraw sew ic-cirkulari tal-ħinijiet u d-dati li jibagħt il-klabb u qimxu maghhom.

Nittama li ssibu din l-informazzjoni ta’ siwi ħafna biex titħajru aktar t`esebixxu l-għasafar tagħkom. Ma tridx taqta qalbek, jekk tagħmel il-preparazzjoni sew ħadd m`hu għar minn ħaddiehor.