Print
Category: Articles
Hits: 5450

User Rating: 5 / 5

Star ActiveStar ActiveStar ActiveStar ActiveStar Active
 

 

L-INSETTI U L-IMPORTANZA TAGĦHOM FID-DIETA TAL-GĦASAFAR

- Artiklu miġjub lilkom minn TOP INSECT

L-insetti jeżistu f’kull forma u daqs, tondi jew tawwalin, dawk li jtiru jew li jitkaxkru, dawk skuri u koroh għal oħrajn b’ħafna kuluri vivaċi.  L-ammont ta’ speċi ta’ insetti jammontaw għal mijjiet ta’ eluf.  Ċerti insetti jgħixu taħt l-ilma jew jimxu fuq wiċċ l-ilma.  Insomma l-insetti jinsabu kullimkien fid-dinja minbarra fuq l-ibħra miftuħin.  Minkejja li hemm bosta insetti li jistgħu jikkawżaw ħsara u qerda, l-insetti huma essenzjali għal bosta annimali bħalma huma r-rettili, amfibji u bosta razez oħra bħall-friefet il-lejl li jieklu biss insetti u li mingħajr l-insetti ma jeżistux. Anke aħna l-umani ngawdu mill-insetti.  Grazzi għall-insetti nsibu prodotti bħall-għasel, il-ħarir, xemgħa tal-għasel u oħrajn.

Fin-natura l-għasafar jqattgħu parti kbira mill-ħin tagħhom jfittxu l-ikel.  Billi għandhom metaboliżmu mgħaġġel u temperatura tal-ġisem għolja, l-għasafar għandhom bżonn ħafna enerġija.  L-għasafar m’għandhomx il-kapaċità jużaw ir-riservi ta’ xaħam meta jaħkimhom il-ġuħ f’salt wieħed.  Dan iffiser li għasfur li ma jistax jiekol matul il-ġurnata kollha, fi żmien 24 siegħa minn x’ħin jiekol l-aħħar jiffaċċja problema serja ta’ metabolismu u jista’ jmut bil-ġuħ.  Madanakollu, l-għasafar li nrabbu fil-magħluq, noffrulhom ikel lest b’ingredjenti neċessarji, ħafna drabi f’forma ta’ żrieragħ jew pellets.  Għall-frieh normalment noffru ukoll l-eggfood u żrieragħ imnibbta li jkollhom livell għola ta’ proteini.  Meta jaqbdu jieklu normalment il-parti kbira tad-dieta tagħhom tkun tikkonsisti fi żrieragħ.

 

Madankollu l-għasafar dejjem għandhom bżonn ammont ta’ proteini sabiex jassorbu l-essential amino acids u l-vitamini A, B1 u B12, aktar u aktar fl-istadju delikat tat-tnissil.  L-amino acids li jipprovdu l-insetti huma simili ferm  għal dawk li nsibu fir-rixa tal-għasafar, li jikkonsistu f’90% minn proteini.  Jekk l-għasafar ikollhom nuqqas serju ta’ dawn l-ingredjenti waqt li jkunu qegħdin jikbru u jtellgħu r-rix jew joħorfu, il-ġisem tagħhom jipprova jieħu dak li għandu bzonn biex itella’ ir-rix ġdid mill-mukcoli u organi oħrajn.  Ovvjament dan jista’ iwassal għal stress żejjed u ħafna problemi oħra bħalma hija kondizzjoni ġenerali ħażina, qtugħ ta’ nifs, telf ta’ piż u rix b’kulur mitfi.  F’din il-kondizzjoni l-għasfur ikun aktar suġġett għall-infezzjonijiet u mard.  Għalhekk kull għasfur igawdi minn dieta li tinkorpora d-dud.

 

F’kull kategorija tal-għasafar insibu dawk li jieklu l-insetti, uħud iżjed minn oħrajn.  Hemm dawk li huma insettovori, jiġifieri l-akbar parti tad-dieta tagħhom tkun magħmula mill-insetti.  Gruppi oħrajn ta’ għasafar huma dawn li gejjin; il-fruit eating, jiġifieri dawk li jgħixu primarjament fuq il-frott, tjur tal-ilma u għasafar karnivori bħalma huwa t-tajr tal-priża.  Fost dawn il-gruppi ta’ għasafar hemm bosta razez li għandhom bżonn l-insetti fid-dieta tagħhom. Tajjeb wieħed jgħid li d-dieta tal-kuċċard hija magħmula minn 80% insetti.

 

Imma l-aktar grupp li jinteressa lid-dilettanti tat-tnissil tal-ghasafar huwa dak il-grupp ta’ għasafar li jieklu ż-żrieragħ, jiġifieri dawk li jissejħu s-seed eaters. Fin-natura dawn l-għasafar jgħixu primarjament fuq żrieragħ kemm dawk niexfa kif ukoll dawk li jkunu għadhom mhux maturi jew imnibbta, flimkien mad-dud.  Uħud minnhom, f’ċerta fażijiet jibdew jieklu dud biss b’mod partikolari fi żmien it-tnissil meta jkollhom il-frieħ xi jżoqqu.  Eżempji ta’ dawn l-għasafar huma taż-żebbuġ u sponsuni.  Oħrajn bħalma huma l-vrieden u l-griedel iżoqqu wkoll bid-dud imma dan mhuwiex daqshekk indispensabbli għalihom.

 

Għaldaqstant ikun ta’ vantaġġ kbir li aħna nipprovdu dawn l-insetti ukoll għal dawn l-għasafar waqt it-tnissil.  

L-insetti għandhom livell għoli ta’ proteini u dan jgħin fl-iżvilupp tal-organi, muskoli u fuq kollox fuq ir-rix tal-għasfur.  Il-frieħ imrobbija fuq id-dud, fost ikel ieħor, jikbru aktar malajr u jkunu aktar b’saħħithom sabiex jaffrontaw il-mard meta jtiru mill-bejta.  Din it-tabella hawn taħt turi riżultati ta’ analisi li saret f’Università ta’ Ghent mill-Prof Dr. A. Huyghebaert.  It-tabella turi wkoll kif id-dud jikkompara saħansitra anke maċ-ċanga:

 

 % OF TOTAL

BUFFALO

PINKIES

CRICKETS

WAXMORM

BEEF

Fluid

72.5

69.6

69.1

58.5

70

 Dry material

27.5

30.4

30.9

41.5

30

 Raw ashes

1

1.6

1.8

0.6

1.2

Protein

17.6

15.4

18

14.1

22.8

 Fat

7.7

11.3

8.2

24.1

6

 Carbohydrates

1.2

2.1

2.9

2.7

0

 Starch

0

0

 

0

0

 

 

 

 

 

 

 

% OF DRY MATERIAL

BUFFALO

PINKIES

CRICKETS

WAXMOTH LARVAE

BEEF

Fat

28.0

37.2

26.5

58.0

20

Raw ashes

3.6

5.3

5.8

1.4

4

Protein

64.0

50.7

58.3

34.0

76

Carbohydrates

4.4

6.9

4.4

6.6

0

               

 

Din l-analiżi turi b’mod ċar li l-insetti għandhom livell għoli ta’ fluids, (average ta’ 70%).  Il-frieħ jiddependu ħafna fuq il-fluids biex jassorbu in-nutrienti tagħhom ħalli jikbru b’rata mgħaġġla. Għaldaqstant l-insetti huma kkonsidrati bħala l-formula ideali ta’ fluidi, bl-livell għoli ta’ proteini, għat-tnissil tal-frieħ.