Il-wirja tal-għasafar tal-għana qiegħda toqrob ġmielha. Id-dati għal din is-sena se jkunu s-Sibt 28 u l-Ħadd 29 ta’Novembru 2015. Bħas-soltu l-għasafar jidħlu l-Ħamis 26 ta’Novembru u l-Ġimgħa 27 ta’Novembru jsir il-judging. Ftuħ għall-pubbliku se jkun is-Sibt 28 ta’Novembru u l-Ħadd 29 ta’Novembru. Nittamaw li bħal kull sena naraw il-maġġoranza tagħkom flimkien mal-isbaħ frieħ li ħadtu f’dan l-istaġun tal-breeding. Kif tafu aħna nħobbu nagħtu premijiet mill-isbaħ u din is-sena mhijiex se tkun eċċezzjoni. Fil-fatt, apparti l-25 Best in section tas-soltu, din is-sena se nżiedu l-Best Team in Show għax minn din is-sena t-timijiet se niftħuhom fis-sezzjonijiet l-oħra wkoll u mhux biss fil-vrieden. Dan ifisser li min jaħseb li għandu erba’għasafar li jkunu simili ħafna għal xulxin se jkun jista’ jtellagħhom bħala tim f’dik is-sezzjoni partikolari.