Print
Category: Articles
Hits: 5597

User Rating: 4 / 5

Star ActiveStar ActiveStar ActiveStar ActiveStar Inactive
 

 

It-tnissil mill-Verdun minn Felix Cutajar.

(Carduelis Chloris)

 

Dan l-għasfur insibuh mal-Ewropa kollha kif ukoll fl-Afrika.  Fix-xitwa jħobb iżżomm aktar lejn l-Afrika għax ikun hemm klima aktar sħuna u jsib aktar x’jiekol.  Peress li l-klima qiegħda aktar tkun sħuna fix-Xitwa, qegħdin iżommu aktar għasafar fl-Ewropa.  Id-daqs ta’ dan l-għasfur ivarja bejn 13 u 14-il ċentimetru u 18-il ċentimetru mit-tarf għall-ieħor tal-ġwienaħ.  Jiżen bejn wieħed u ieħor 28 gramma.  Il-verdun raġel għandu kulur iż-żebbuġa u għandu isfar jixgħel fi ġwenħajh u f’denbu.  Il-mara tkun ta’ kulur kannella mitfi u fi ġwenħajha u f’denbha jkollha ftit li xejn isfar.  Il-frieħ ikunu jixbħu lill-mara u jkollhom ħafna daqqiet suwed fuq sidirhom sa x’ħin ibiddlu l-ewwel tibdila.

 

Vrieden hawn diversi razez, fosthom anke dak ta’ Tunes.  Dan ikollu l-kulur tiegħu jixgħel daqs kemm ikollu l-isfar tiegħu jgħajjat.  Hemm ukoll tal-Italja li jkun daqsxejn ikbar imma jagħti aktar fl-aħdar.  Il-Verdun tal-Ingilterra jkun aktar robust, ikollu kulur aħjar u fuq darhu jkun kannella fl-aħdar.  Il-Verdun għandu munqar b’saħħtu u oħxon, rasu daqsxejn kbira u kapaċi jkisser żerriegħa iebsa b’munqaru stess.  Meta l-ġranet jibdew jitwalu l-vrieden jibdew jiġu aktar ikkundizzjonati għall-breeding u b’hekk jibdew iffitxu n-nisa.  Meta r-raġel isib s-sieħba jibdew itektku l-munqar ta’ xulxin u wara r-raġel jibda jżoqqha wkoll.  Hawnhekk il-par jibdew joqogħdu aktar flimkien imma xorta jibqgħu fi gruppi jew qtajja.  Għall-ħabta ta’ Marzu, il-par jibda jsib fejn jagħmel il-bejta tiegħu, naturalment dan jiddependi mit-temp.  Il-bejta jibdew jagħmluha għall-bidu ta’ April.  Il-Verduna ma tantx tagħmel bejta pulita ħafna, biss tkun daqshekk b’saħħitha ġo xi siġra żgħira xi 11-il pied ‘l fuq mill-art.  Biex tagħmel il-bejta tħobb tuża’ zkuk irqaq u xi ħaxix fin.  Ġieli jużaw xi suf tal-annimali, xi rix u xi ftit għeruq ukoll.  Kull bejta ddum biex tinbena xi għaxar t’ijiem biss u jekk trid kapaċi tibniha f’ġurnata ukoll.

 

         

                      

 

 

 

 

Meta tibda tbid, il-proċess huwa ta’ waħda kuljum u jkollha bejn 4 jew 6 bajdiet.  Dawn ikunu bojod li jagħtu daqsxejn fil-blu u jkollhom tikek kannella. Il-biċċa l-kbira verduna tbied tlett darbiet fi staġun wieħed.  Fis-selvaġġ il-biċċa l-kbira jieklu żrieragħ kif ukoll ħaxix bħal tfief u ħafna ħxejjex oħra li jkollhom ħafna żrieragħ.  Dawn ukoll iffitxu li jieklu xi dud u brimb.  Issa fil-magħluq nagħtuhom taħlita tal-vrieden u xi żerriegħa selvaġġa li tgħinhom ħafna għal waqt li jkunu qegħdin iżoqqu.  It-taħlita ta’ żrieragħ li nippreferi nagħtihom jiena huma ż-żerriegħa tax-xemx, l-osfor, il-qanneb, żerriegħa selvaġġa, piżelli żgħira (mung beans), skalora sewda u avena.  Nagħtihom ukoll il-buckweed, ir-red rapeseed, il-black rapeseed, il-white perilla, l-ispanch seed, l-ismall pineseed, il-large pineseed, il-larh seed, il-german teasle u l-ash berries.                          

Ħafna mill-Vrieden jieklu d-dud ukoll, biss jien nara li biż-żrieragħ iżoqqu tajjeb u għalhekk inħallihom biż-żerriegħa biss.  Hawn iż-żerriegħa tkun dejjem imxarrba għax insibha li jżoqqu ħafna biha, barra li jkollha ħafna aktar proteini li jgħinu sabiex il-frieħ jitilgħu f’kondizzjoni aħjar.  Biha l-frieħ imorru ħafna aħjar u jikbru aktar malajr.  Jien ilni nagħtihom żerriegħa mxarrba għal dawn l-aħħar 15-il sena u sibtni li mmur ħafna aħjar waqt il-breeding.  Għall-ewwel li bdejt kont nagħti ħaxix biss u kont intajjar biss l-ewwel boton.  Imbagħad wara t-tieni boton, kif kienu jfaqqsu l-frieħ, wara jumejn jew tlieta kienu jħalluhom għax ma kontx insib aktar ħaxix f’Mejju.  Meta bdejt nagħti biss żerriegħa mxarrba, bdejt nieħu tlett ibtan għax darrejthom b’din iż-żerriegħa, xi ħaġa li se ssibha s-sena kollha.  Ma’ din iż-żerriegħa nħobb inħallat xi vitamini wkoll li jgħinu sabiex il-frieħ jikbru aktar malajr u b’saħħithom.  Ħaġa oħra li hija importanti hi li nagħtihom tlett darbiet jew erba’ darbiet kuljum l-ikel imxarrab ħalli dan dejjem ikun frisk. B’hekk iġġielhom iżoqqu aktar għax x’ħin iħossuk tagħlifhom, tarahom neżlin biex jaraw x’għamilt.  Il-ħaxix huwa tajjeb ħafna għall-għasafar waqt il-breeding u anke waqt li jkunu qegħdin ibiddlu.  Madankollu trid toqgħod attent li ssib kuljum minn April sa Ottubru. Kaboċċi, spinaċi u piżelli friska jew tal-friża huma ħaxix li tista’ ssibhom kullimkien u li huma tajbin ħafna sabiex il-verdun joħroġ kulur sabiħ.

Il-Vrieden illum ‘il ġurnata mhumiex daqshekk diffiċli sabiex tnissel minnhom. Biss jekk ikunu pari pari aħjar għax ikollok aktar kontroll fuqhom.  Guva ta’ tlett piedi wiesa’ b’sitt piedi twila u sitt piedi għolja hija guva ideali ħafna għall-vrieden.  Jiena nagħmel xi tlett friegħi ta’ xi siġra li jkollha l-friegħi daqsxejn sodi biex meta r-raġel imur biex iberrek il-mara ma jinżlux b’kollox u b’hekk ma jingallax.  Jiena nagħmel bħal kaxxa għall-ikel biex iż-żerriegħa la tixxarrab bix-xita u lanqas tkun fix-xemx għax huwa importanti ħafna li dawn iż-żewġ affarijiet noqogħdu attenti għalihom.  Bejn guva u oħra jkun aħjar aħjar li tagħmel separazzjoni ħalli l-pari ma jarawx lil xulxin.  Fil-fatt dan jista’ ikun il-kaġun li par jibqa’ ma jiżżewwiġx.

 

Text Box: Il-Vrieden illum ‘il ġurnata mhumiex daqshekk diffiċli sabiex tnissel minnhom. Biss jekk ikunu pari pari aħjar għax ikollok aktar kontroll fuqhom.  Guva ta’ tlett piedi wiesa’ b’sitt piedi twila u sitt piedi għolja hija guva ideali ħafna għall-vrieden.  Jiena nagħmel xi tlett friegħi ta’ xi siġra li jkollha l-friegħi daqsxejn sodi biex meta r-raġel imur biex iberrek il-mara ma jinżlux b’kollox u b’hekk ma jingallax.  Jiena nagħmel bħal kaxxa għall-ikel biex iż-żerriegħa la tixxarrab bix-xita u lanqas tkun fix-xemx għax huwa importanti ħafna li dawn iż-żewġ affarijiet noqogħdu attenti għalihom.  Bejn guva u oħra jkun aħjar aħjar li tagħmel separazzjoni ħalli l-pari ma jarawx lil xulxin.  Fil-fatt dan jista’ ikun il-kaġun li par jibqa’ ma jiżżewwiġx.                                                        

 

 

 

 

 

 

 

Il-Vrieden illum ‘il ġurnata mhumiex daqshekk diffiċli sabiex tnissel minnhom. Biss jekk ikunu pari pari aħjar għax ikollok aktar kontroll fuqhom.  Guva ta’ tlett piedi wiesa’ b’sitt piedi twila u sitt piedi għolja hija guva ideali ħafna għall-vrieden.  Jiena nagħmel xi tlett friegħi ta’ xi siġra li jkollha l-friegħi daqsxejn sodi biex meta r-raġel imur biex iberrek il-mara ma jinżlux b’kollox u b’hekk ma jingallax.  Jiena nagħmel bħal kaxxa għall-ikel biex iż-żerriegħa la tixxarrab bix-xita u lanqas tkun fix-xemx għax huwa importanti ħafna li dawn iż-żewġ affarijiet noqogħdu attenti għalihom.  Bejn guva u oħra jkun aħjar aħjar li tagħmel separazzjoni ħalli l-pari ma jarawx lil xulxin.  Fil-fatt dan jista’ ikun il-kaġun li par jibqa’ ma jiżżewwiġx.