It-tnissil u l-wiri tal-Bgħula minn Antoine Debono.
L-ewwel nixtieq nibda biex niċċara ftit fatti. X`inhu bagħal? Bagħal huwa ħlejqa bejn żewġ speċi differenti.
L-Ingliżi għandhom drawwa jifirdu l-bgħula f’żewġ kategorji. Il-bgħula bejn kanarini u frinġilli jissejħu mules u l-bgħula bejn żewġ frinġilli jissejħu hybrid`. Il-Kontinentali jafuhom kollha bhala hybrids. Fil-fatt fl-Ewropa għandhom drawwiet differenti fil-wiri tagħhom mill-Brittaniċi.
Drawwiet Differenti:
Fejn fl-Ingilterra jagħtu l-kulur aħmar lill-bgħula kollha, fuq il-kontinent wieħed jinnota li hemm selezzjoni biss li jingħataw il-kulur, dawk li għandhom iż-żewġ ġenituri b’xi rix aħmar. Fil-każ tal-bgħula mal-kanarina, l-aħmar fl-għasfur tal-għana biss huwa biżżejjed sabiex dawn il-bgħula jingħataw il-kulur. Fejn jidħol il-gardell, dawn qatt ma jieħdu l-kulur. F’Malta, illum il-ġurnata, qegħdin nimxu fuq is-sistema tal-C.O.M, jiġifieri s-sistema kontinentali.
Kunċett ieħor li huwa differenti minn xulxin huwa l-fatt li meta wieħed jitlaq kanarina għall-bgħula, il-Brittaniċi jippreferu bgħal kabbari. Għal dan il-għan jużaw il-kanarina tar-razza Norwich. Għall-C.O.M. il-kobor żejjed mhux xi ħaga tajba għall-wirja. Biex wieħed ikollu riżultat mill-aqwa, huwa importanti li jagħmel użu minn għasafar b’rixa intensiva sabiex il-kulur tal-bagħal ikun tajjeb. Huwa tajjeb ħafna li tagħmel ftit ħsieb fuq liema kulur ta` kanarina għanek tuża. Il-kulur tal-kanarina dejjem jiddependi fuq il-frinġill li bi ħsiebek tuża. Id-differenzi fil- frinġilli huma li hemm għasafar bil-marki suwed u għasafar bil-marki kannella.
Xi eżempji ta` dawn huma dawn:
|
Il-frinġill |
Il-Kanarina |
|
|
|
|
Virdun |
Ħadra |
|
Apparell |
Ħadra |
|
Ekru |
Ħadra |
|
Karpodak(Housefinch) |
Bronze jew Ħadra |
|
Ġojjin |
Kannella (Cinnamon) jew Ħadra |
|
Ġojjin salvaġġ(Redpoll) |
Kannella (Cinnamon) jew Ħadra |
|
Kruċjat (Crossbill) |
Bronze jew Ħadra |
|
Bugeddum(Bullfinch) |
Bronze jew Ħadra |
|
Kukkurin Isfar |
Ħadra |
|
Kukkurin Griż |
Griża (Blue) |
|
|
|
X`irid ikollu bagħal biex ikollok suċċess fil-wirja?
Hemm tlett punti inportanti li l-ġudikatur ifittex fil-bagħal. Il-kulur irid ikun tajjeb ħafna. Għalhekk importanti li ż-żewġ għasafar ikollhom rixa intensiva. Il-forma(type) hija importanti, għasfur mislut jew tawwali mhux imfittex. L-għasfur ideali jrid ikun kemm xejn mimli. Madankollu fil-forma tiegħu jrid ikun fil-parametri tal-ġenituri. Ħaġ`oħra ferm importanti fil-bgħula hija dik li l-bagħal irid ikun jingħaraf, jiġifieri fih trid tara liż-żewġ ġenituri ndaqs (50%-50%). Nispera li b’dan it-tagħrif titħajru tnisslu aktar bgħula u tesebixxuhom fil-wirjiet.
