It-tluq
Importanti hafna li wiehed ikun jaf kif ghandu jitlaq il-vrieden kemm dawk hodor kif ukoll dawk mutation. L-ahjar zmien li wiehed jitlaq ir-ragel hu ghal nofs Frar. Dan isir 15-il gurnata qabel biex il-verduna tkun gol-istess guva separate b'partition, b'tali mod li l-Verdun ikun jista' jaraha. Ladarba r-ragel u l-mara jibdewizoqqu lil xulxin ikunu jistghu jintelqu flimkien. L-ikel ghandu jithallat sitt partijiet greenfinch mix, parti pellets, parti awrofakk u parti skalora.
Il- bejtiet
Tajjeb li wiehed johloq bejtiet bil-haxix ahdar (psiem jew tfief) u jinghataw forma tonda permezz tal-ponn jew ta'bozza. B'hekk l-ghasfura tithajjar tkompli ggorr u tibni l-bejta taghha. L-ghada li tlesti l-bejta l-verduna tkun lesta biex tbid. Normalment tbid bejn is-6:00 a.m. u s-7:00 a.m. L-ghasfura tbid bajda kuljum sakemm tghaqqad madwar hamsa. Kull bajda gdida trid tittiehed sa nofsinhar minn that l-ghasfura u titpogga f'recipjent bir-ross. Il-bajd li tnehhi tpartu ma'iehor tal-plastik. Dan il-process isir biex wara l-ghasfura tkun biedet kollox terga taghtiha l-bajd f-daqqa minflok tal-plastik u b'hekk il-frieh ifaqqsu flimkien.

Iz-zaqq u c-crieket

Saghtejn wara li jfaqqsu, wiehed jaghmel tajjeb jekk izoqq il-frieh bil- hand rearing (trab apposta ghall-imzaqq). Dan jigi amministrat tliet darbiet kuljum. Ta'hamest ijiem jew sitta jitlibsu c-crieket u dan l-ahjar li jkun filghaxija. Il-frieh jigu rrangati b'tali mod li l-omm ma taraxic-crieket. Ladarba l-frieh jaqbzu minn gol-bejta, jinzaqqu mill missier ukoll. Sadanittantil-verduna tipprepara bejta ohra. Importanti li jumejn qabel ma jfaqqas it-tieni grupp ta' frieh, il-missier u l-frieh li jkunu diga jieklu wahedhom jigu separate. Il-frieh ghandhom tendenza li jnaqqru l-hmieg tahom stess ghax iz-zerriegha tkun iebsa wisq biex ikissruha b'munqarhom. B'hekk biex tnaqqas l-infezzjonijiet tal-koccli u s-salmonella, tajjeb li thallat mistura apposta mal-ilma tliet ijiem fix-xahar.

